L-Assocjazzjoni tal-Gudikatura, flimkien mal-Prim Imhallef tal-Qrati Maltin ikkundannaw it-theddid li sar fil-konfront tal-Maġistrat Nadine Lia.
Filwaqt li qalet li l-Gudikatura tifhem u taccetta li jkun hemm kritika dwar l-operat tagħha, hi sostniet li dan qatt
ma għandu jwassal għal pressjoni, intimidazzjonijet u theddid fuq il-gudikanti w il-familji
tagħhom, bħalma seħħ f’dan il-kaz.
Lia rċeviet ittra fl-aħħar sigħat li fiha kien hemm kliem ta’ theddid.
L-assoċjazzjoni kkwotat l-ittra li kienet tgħid hekk:
“Għidnilek biex twarrab.
Issa oqgħod tpaxxa arana inkisrulek il-karriera u żwieġ. Kuntenta hekk!
Darba oħra obdi kif jagħmlu l-oħrajn.
Omerta Si. Sfidare No”
L-assoċjazzoni qalet li tali intimidazzjoni u agir huwa kundannabbli u ma jista jigi qatt accettat f’socjeta demokratika
li tħaddan il principju tas saltna tad-dritt.
L-istqarrija tkompli tgħid li l-Gudikant għandu jitħalla jwettaq dmirijietu b’serenita’ u mingħajr ebda forma ta’ pressjoni,
jew ta’ biza ghaliħ personalment u għal familja tiegħu!
i
L-Assocjazzjoni u l-Prim Imhallef esprimew solidarjetà mal-gudikanti kollha li jircievu tali theddid u
jistiednu lill awtoritajiet responsabbli tal-pajjiz sabiex iħarsu l-indipendenza u s-sigurta’ tal
Gudikatura kif imiss.