“Dan il-pajjiż għandu bżonn ikun ta’ kwalita’ ta ħajja li tixirqilna.”
Dan intqal mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt laqgħa mal-kumitati sezzjonali fid-Dar Ċentrali.
Huwa qal ukoll li l-ħidma interna qatt ma waqfet iżda mhux dejjem tkun qed tidher. Il-Partit Nazzjonalista laqa’ l-ilmenti ta’ dawn il-kumitati u ħadem fuqhom sabiex il-Partit Nazzjonalista dejjem jibqa’ jitjieb.
Waqt din il-laqgħa ġew diskussi temi differenti. Dawn il-laqgħat se jkomplu jsiru kull ftit xhur sabiex il-kumitati jistgħu jibqgħu jagħtu s-suġġerimenti tagħhom u jaħdmu ilkoll flimkien sabiex jitjieb il-Partit Nazzjonalista.
Wara id-diskors ta’ Bernard Grech in-nies preżenti kellhom l-opportunita’ li jsaqsu l-mistoqsijiet.
//= $special ?>