Il-Ħamis filgħaxija fil-Kon-Katridral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta ġiet iċċelebrata De Requiem għar-Reġina Eliżabetta II.
Waqt l-omelija l-Arċisqof Charles Scicluna qal li m’għandniex nitolbu biss għal ruħha iżda għandna nirrikonoxxu li kienet xhud ta’ lealta’ u fedelta’ mnaqqxa fi qlubna bl-eżempju li kienet tagħti.
Huwa tkellem fuq id-diskors tagħha tal-1953 fejn ir-reġina wasslet messaġġ fl-okkażjoni tal-inkurnazzjoni tagħha. Hija talbet pjaċir sabiex kull persuna anke dak li jħaddnu reliġjon differenti jitlob għaliha sabiex tkun tista’ tagħti l-aqwa servizz tagħha għall-kumplament ta’ ħajjitha.
Barra minn hekk, hija kienet talbet pjaċir addizzjonali sabiex jiftakru fiha waqt it-talb tagħhom iżda l-arċisqof kompla jgħid li r-reġina qatt ma talbet lealta’ għamja minn nies tagħha.
L-arċisqof qal li bħalissa qed naraw id-devozzjoni straordinarja li kellha r-reġina hekk kif eluf ta’ nies marru jżuru t-tebut tagħha sabiex ikunu jistgħu jagħtuha l-aħħar tislima.
Minn naħa l-oħra huwa fakkar li bil-mewt tar-reġina qegħdin insellmu paġna importanti mill-istorja ta’ pajjiżna. Dan għaliex ir-reġina mhux biss kienet għexet f’pajjiżna iżda kienet hi li tatna l-Indipendenza.
L-arċisqof temm id-diskors tiegħu hekk kif qal li matul ħajjitha r-reġina dejjem wasslet messaġġi sempliċi, kordjali u li dejjem kienu jiġu minn qalbha iżda fl-aħħar minn l-aħħar kienet konxja li riedet tagħti kont lil Alla ta’ kif qegħda taqdi d-dover tagħha.
//= $special ?>