“Il-Partit Nazzjonalista huwa partit li qed joffri s-soluzzjonijiet u li jieħu interess fil-ġid tal-pajjiż kif ukoll fl-ekonomija.”
Dan intqal mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech f’laqgħa mal-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u r-Ristoranti, l-MHRA.
Waqt din il-laqgħa l-MHRA kellha l-opportunità li titkellem rigward l-isfidi preżenti, dak li qed jaffaċċjaw bħalissa, fosthom in-nuqqas ta’ ħaddiema, l-innovazzjoni, is-sitwazzjoni tal-AirMalta, l-infrasstruttura kif ukoll il-kwistjoni ta’ mużika għolja li qed tindaqq bħalissa fil-Belt Valletta wara l-avviż legali li ressaq il-Gvern.
Il-President tal-MHRA Tony Zahra stqarr li l-linja nazzjonali tal-arju ma’ tistax tfalli hekk kif għall-Gżejjer Maltin il-konnettivita’ hija essenzjali.
Huwa qal ukoll li se jkun qed isir żball kbir jekk il-ħsieb hu li taghlaq il-linja tal-ajru u tinfetaħ oħra daqs li kieku qatt ma ġara xejn. Barra minn hekk, huwa ħeġġeġ għall-strateġija nazzjonali sabiex din il-linja tal-ajru tegħleb l-isfidi kollha u tibqa topera.
Minn naħa l-oħra, kienet diskussa wkoll il-problema ta’ nuqqas ta’ riżorsi umani.
Bernard Grech qal li bħalissa qed ikun hemm tibdil spiss ta’ ħaddiema li qed taffetwa s-setturi kollha.
Preżentament, diversi nies qed jiġu f’pajjiżna għal impjieg iżda jitilqu wara ftit xhur biss. Dan qed jiġri minħabba diversi raġunijiet fosthom nuqqas ta’ stabbiltà f’ċertu xogħolijiet.
Bernard Grech qal li se jibqa’ jisma’ dawn l-isfidi biex fuq kollox ikunu megħluba.
Il-Partit Nazzjonalista tenna li jeħtieġ inizjattivi ġodda sabiex jiġu attirati ħaddiema ġodda fis-settur tal-ospitalita’ u l-catering. Jakkumpanjaw lill-Kap tal-PN tul din il-laqgħa kien hemm id-Deputati Nazzjonalista Jerome Caruana Cilia u Ivan Castillo.
//= $special ?>