Kju twil aktar minn 6km f’Londra biex wieħed jagħti l-aħħar tislima lir-Reġina f’Westminster Hall.
Wara li lbieraħ it-tebut tar-Reġina Eliżabetta wasal mill-iskozja għal dak li huwa magħruf bħala il-lying in state, kjuwijiet twal bdew jiffurmaw b’eluf ta’ persuni jivvjaġġaw lejn Londra fl-aħħar sigħat biex isellmu personalment lir-Reġina.
It-tebut tar-reġina jibqa’ f’Westminster sa kmieni it-Tnejn filgħodu qabel ma jittieħed f’Westminster Abbey fejn l-Arċisqof ta’ Canterbury flimkien mad-Dean ta’ Westminster imexxi l-funeral Statali.
Intant illum hu jum ta’ riflessjoni għar-Re Karlu III, bl-ewwel wild ta’ Eliżabetta iħassar l-impenji kollha li kellu skedati wara li lbieraħ mexxa l-familja Rjali f’purċissjoni wara t-tebut tar-Reġina minn Buckingam Palace għal Westminster Hall.
//= $special ?>