Lokali

“Kull ċittadin jistħoqqlu kwalità ta’ ħajja aħjar” – Bernard Grech

Il-poplu Malti u Għawdxi jistħoqqlu kwalità ta’ ħajja aħjar f’kull aspett.

Dan kien kliem il-Kap tal-PN Bernard Grech tul intervista li kellu ma’ Dione Borg il-Ħamis waranofsinhar fuq NET FM.

90,000 persuna jinsabu f’riskju ta’ faqar

“L-istudji jkomplu jiċċaraw li hawn min qed jgħix tajjeb, iżda l-Gvern ta’ Robert Abela, abbanduna l-eluf kbar li qed kull ġurnata qed isibuha aktar diffiċli biex jgħaddu sal-aħħar tax-xahar”

Bernard Grech qal li l-kwalità tal-ħajja, apparti li tħares lejn dawk li qed jgħixu f’riskju ta’ faqar, hemm temi oħra li jimmarkaw il-kwalità tal-ħajja. Huwa elenka l-fatt fuq kif f’pajjiżna hemm nuqqas ta’ investiment fuq l-infrastruttura u anki fl-Edukazzjoni, hekk kif ukoll rajna kif fl-aħħar ġimgħat il-Gvern naqqas l-ammont ta’ fondi b’€1.1 miljun lill-Università ta’ Malta.

“Il-Gvern Laburista qed jisraqna mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma”

Bernard Grech qal li Gvern li ilu jisraq lill-poplu għal diversi snin fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Huwa tenna li l-PN jibqa’ jwiegħed li jagħti lura dan is-serq li sar fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

Il-Kap tal-PN qal l-eks Prim Ministru Joseph Muscat, kien wiegħed li l-Gvern kien se jsib soluzzjoni, madanakollu sal-lum il-ġurnata l-Gvern din id-darba ta’ Robert Abela għadu ma sab l-ebda soluzzjoni.

“L-ebda konsultazzjoni biex jinħatar Kummissarju tal-Istandards u l-Ombudsman”

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li ma saret l-ebda konsultazzjoni biex jinħatar il-karigi ta’ ċertu istituzzjonijiet importanti fosthom tal-Kummissarju tal-Istandards u tal-Ombudsman.

Tul l-intervista il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li dan jikkonferma kemm Robert Abela ma jikkonsultax u mhux biss miegħu, iżda anki ma’ entitajiet u korpi kostitwiti oħra li anki huma qed isibu din id-diffikultà biex jiltaqgħu mal-Prim Ministru.

Niċċelebraw tassew is-sinifikat tal-Indipendenza

Bernard Grech qal li l-Indipendeza ġabet il-kisba li jkollna rajna f’idejna, iżda l-Indipendenza tfakkarna fil-kisbiet li jeħtieġ nagħmlu llum stess.

Huwa rrimarka li għalkemm se nkunu qed niċċelebraw it-58 sena ta’ Malta Indipendenti, it-tema ta’ din is-sena se tkun iffukata fuq kif kulħadd jistħoqqlu kwalità ta’ ħajja aħjar.

“Magħkom se naħdmu biex ikollna kwalità ta’ ħajja aħjar”

Huwa qal li flimkien jeħtieġ li naħdmu biex bil-politika tiegħu l-PN jilħaq dawn l-obġettivi li jindirrizzaw tassew il-ħtiġijiet tal-poplu Malti u Għawdxi.