“L-anzjani għandhom jibqgħu dejjem fiċ-ċentru tas-soċjetà Maltija”
Hekk qal il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calascione tul attività intervista organizzata mill-Assoċjazzjoni Pensjonanti, Anzjani Nazzjonalisti, l-APAN.
Waqt din l-intervista huwa kien intervistat minn Joe Zahra – li jagħmel parti mill-APAN u saqsa diversi mistoqsijiet kemm fuq il-ħajja personali ta’ Alex Perici Calascione kif ukoll fuq il-karriera tiegħu.
Alex Perici Calascione ddeskriva l-ħtieġa li f’Malta u f’Għawdex ngħinu biex jissaħħaħ il-volontorjat u kemm hux kruċjali li wieħed ifittex li jgħin lill-ħaddieħor bl-aqwa metodi possibbli.
Alex Perici Calascione tenna li huwa daħal għall-kariga ta’ Viċi Kap fi żmien diffiċli iżda jemmen li bl-impenn tiegħu flimkien ma’ oħrajn kull sfida se tkun megħluba. Huwa stqarr li l-Partit Nazzjonalista se jibqa’ joħroġ bil-proposti u kif ukoll jagħmel politika li tħares il-benesseri ta’ kulħadd.
//= $special ?>