Lokali Qorti

SKANDLU TM: L-isem tal-Ministru jibqa’ mhux żvelat bil-Pulizija għadha ma kellmitx lil min qed jinvestigaw

Baqa’ ma ġiex żvela Il-Pulizija għadha ma kellmitx lill-persuni suspettati fil-każ tal-iskandlu fi ħdan Transport Malta. Dan ħareġ il-Ħamis mill-Qorti hekk kif baqa’ ma ġiex żvelat l-isem tal-“Ministru jew Ministri” involuti mal-skandaluż fejn jidħlu t-testijiet tal-liċenzji tal-vetturi.

Dan fid-dawl tal-fatt li l-Pulzija għadha lanqas biss kellmet lil dawk suspettai fil-każ għax qalet li għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.

F’każ fejn qed tliet uffiċjali ta’ Transport Malta, tnejn minnhom skrivani u l-ieħor Direttur, li qed jiġu akkużati li għenu lis-sewwieqa li biex jgħaddu mill-eżami tat-teorija, lanqas ma ġie żvelat l-isem tal-partit li ssemma fiċ-chats, issemma biss li l-pressjoni fost oħrajn kienet issir minn diversi Ministeri.

Clint Mansueto ta’ 40 sena, Direttur ta’ Transport Malta, kif ukoll l-uffiċjali Raul Antonio Pace ta’ 35 sena u Philip Edrick Zammit ta’ 23 sena huma l-persuni akkużati b’dawn ir-reati. Hekk kif quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello kompla l-każ fejn fil-konro-eżami minkejja il-pressjoni tal-Avukat Joe Giglio biex ta’ lanqas min kien il-Ministru jew Ministru b’rabta ma’ dan il-każ, l-Ispettur Wayne Rodney Borg, ma semma lil ħadd b’ismu fejn jidħlu politiċi. Tenna biss li kull kienu Ministeri u ndividwi.

Pressat mill-avukat Giglio jekk il-vera instigaturi tal-każ ġew interrogati fosthom il-ġurnalist tal-One, Francesco Borg li jissemma fiċ-chats, ir-risposta kienet li dan ukoll għadu lanqas ġie mitkellem mill-Pulizija. Għaldaqstant id-difiża tal-akkużati kienet verament perplessa kif min kien fuq quddiem biex jagħmel pressjoni lid-Direttur tal Transport Malta u fuq żewġ skrivani tagħha lanqas biss ma ġew mitkellma, meta l-investigazzjoni fuq chats tmur lura sal-2018, iżda fil-każ tat-tliet akkużati, dawn mill-ewwel ġew investigati u tressqu l-Qorti.

Ħareġ ukoll li kien it-traduttur Mohammed Adel li kien informa lill-Pulizija b’dak kollu li kien qed isir u li hu kien semma li fost dawk li kienu se jagħmlu l-eżami u saret pressjoni kienu ħames persuni Għarab, li kienu jaħdmu ġewwa villa ta’ Ministru.

Mistoqsi dwar dan minn Giglio, l-Ispettur Borg qal li din il-verżjoni kien ta Adel iżda mill-investigazzjonijiet li saru sa issa għad ma hemmx kollaborazzjoni dwar dan. Hawn Giglio ppressa dwar il-partit mal-prosekutur u min kien il-partit poltiku nvolut, bir-risposta terġa’ tkun Ministeri u mhux partit.

Hawn l-Ispettur qal ukoll li l-Pulizija fittxew fl-uffiċċju ta’ Transport Malta u sabu żewġ djarji b’ismijiet ta’ nies u dati ta’ testijiet tas-sewqan. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ bdew wara li hija rċeviet email fl-2020.

Il-Maġistrat se tikteb lill-Kummissarju biex issir ġustizzja

Wara diversi battibekki bejn id-difiża u l-prosekuzzjoni, fejn hawn il-Maġistrat Montebello wkoll xtaqet tkun taf aktar dwar il-każ u minn fejn beda, hija qalet li kienet se tikteb lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jara li l-investigazzjoni ssir aktar fil-fond

Dan wara li fil-Qorti ħareġ li l-Pulizija kienet ilha aktar minn sentejn taf fuq il-każ u sa issa għadu ma ħareġ xejn dwar min kienu l-artefiċi ta’ dan kollu. Hawn l-Avukat Giglio ukoll irrimarka li mhux sew li wara li għadda dan iż-żmien kollu, ma saritx ġustizzja ma’ kulħadd b’mod ekwu.

Meta mistoqsi min kien il-partit politika li ssemma fiċ-chats il-prosekuzzjoni għal darba oħra qalet li kull ma jissemma huwa diversi Ministeri. Il-Qorti semgħet kif Mansueto qal lill-pulizija li ħassu “pressjoni” biex jgħin lil ċerti nies jgħaddu mit-test “għax kienu qed jaħdmu f’villa ta’ ministru tal-gvern”., iżda sa issa x-xhud qal li dan issemma minn persuna waħda biss.

Tfittxija tal-pulizija fuq il-mobile tiegħu żvelat ukoll chats ma’ nies marbuta ma’ partit politiku li jipprovdu informazzjoni dwar kandidati li kellhom jgħaddu mit-test tas-sewqan tagħhom. L-Avukat Joe Giglio ma qatax qalbu fis-serje ta’ domandi tiegħu u reġa’ pprova joġroġ xi ħaġa minn ħalq il-prosekuzzjoni. 

“Jekk ma tafx min huma dawn il-politiċi, int kellimt lin-nies li nstigaw dan kollu?” staqsa Giglio. “L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin” wieġeb l-Ispettur. “Qed nitkellmu magħhom.” Il-qorti wkoll talbet lill-Ispettur għal tweġiba. Giglio reġa’ pprova. “Int qed tinstiga hawn lil Maria Camilleri talli tat flus lil Mansueto. Il-persuni f’dan il-Ministeru jew x’imkien ieħor, dak li qed issejjaħ interess privat – taf min huma jew le?”

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin,” reġa’ tenna l-Ispettur. Il-Qorti staqsiet jekk dawn il-persuni kinux imsemmija fiċ-chats esebiti fil-provi, iżda Giglio qal li fil-provi esebiti, kienu mniżżla biss l-ismijiet tal-persuni li qed ifittxu l-favuri. Mansueto qed jiffaċċja akkużi ta’ tixħim, trading in influence, li għandu interess privat f’ġudizzji u ħruġ ta’ ordnijiet, falsifikazzjoni, alterazzjoni frawdolenti ta’ atti, li għamel użu minn dokumenti foloz u dikjarazzjonijiet foloz lil awtorità pubblika.

Hu u Zammit qed jiġu akkużati b’reati ta’ kontabbiltà, filwaqt li Pace u Zammit qed jiġu mixlija separatament b’kompliċità fi trading in influence u li għandhom interess privat f’ġudizzju jew ħruġ ta’ ordnijiet. It-tlieta qed jiġu akkużati bħala uffiċjali pubbliċi li allegatament wettqu reati li kellhom id-dmir li jipprevjenu.

L-Avukat Abigail Cauchi u Gary Caruana mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali kienu jagħmlu wkoll parti mill-prosekuzzjoni. L-Avukati Arthur Azzopardi u Jacob Magri qed jidhru għad-Direttur, l-Avukat Joseph Giglio u Roberta Bonello Felice għal Pace u l-Avukat Herman Mula għal Zammit. Il-każ mistenni jkompli nhar it-Tnejn 26 ta’ Settembru.