L-eks numru wieħed fid-dinja tat-tennis, Roger Federer ħabbar uffiċjalment li se jirtira minn kompetizzjonijiet internazzjonali bl-aħħar dehra tiegħu f’kompetizzjoni ATP għandha tkun il-ġimgħa d-dieħla fil-Laver Cup.
Roger Federer, li għandu 41 sena u rebaħ xejn anqas minn 20 titlu Grand Slam ilu barra milli jikkompeti mill-2021 minn meta tilef fil-kwarti finali ta’ Wimbledon qabel ma għamel it-tielet operazzjoni fl-irkoppa f’temp ta’ tmintax il-xahar.
Huwa ħabbar li se jirtira permezz ta’ messaġġ fil-media socjali fejn tenna li f’karriera ta’ 24 sena lagħab aktar minn 1,500 partita bħala professjonali. Federer mistenni li jibqa’ fl-ambjent tat-tennis internazzjonali iżda mhux se jikkompeti aktar f’tours jew Grand Slams.
//= $special ?>