Fl-Ukrajna, attakk li qed jiġi meqjus bħala wieħed ta’ tpattija kkawża ħsarat kbar f’reservoir qrib il-belt ta’ Kryvyi Rih.
Filwaqt li t-truppi ta’ Volodymyr Zelensky qed ikomplu bl-avvanzi tagħhom, il-forzi ta’ Putin attakkaw reservoir kbir, f’mossa li kkawżat għargħar li għerrqu aktar minn mitt dar.
Il-belt fin-nofsinhar tal-Ukrajna soffriet attakk permezz ta’ tmien cruise missiles li ġew sparati fuq zoni li m’għandhomx valur militari.
Fil-messaġġ ta’ kull filgħaxija tiegħu, il-President Ukren qal li dawn l-attakki bla sens minn naħa tar-Russi se jkunu r-raġuni għalfejn Putin se jitlef din il-gwerra.
Intant ftit qabel ma għamel il-messaġġ tiegħu ilbieraħ filgħaxija, Zelensky kien involut f’inċident bil-karozza li kien riekeb fiha li wassal biex il-messaġġ sar ftit aktar tard mis-soltu.
Hu kellu jittieħed l-isptar għall-kura, bit-tobba li eżaminawh jirrapurtaw li l-President Ukren ma kienx sofra ġrieħi serji.
//= $special ?>