Il-messaġġ li jagħmel il-President Zelensky kull filgħaxija biex jaġġorna lill-poplu Ukren u lid-dinja, ilbieraħ filgħaxija ħareġ ftit tard wara Ii kien involut f’inċident bil-karozza li kien fiha.
Rapporti qalu li Zelensky ma sofriex ġrieħi serji madankollu għaddejja investigazzjoni dwar il-każ.
It-truppi Ukreni qed ikomplu jagħmlu avvanzi importanti u issa hu mifhum li aktar minn 150.000 persuna li sa ftit tal-jiem ilu kienu qed jgħixu f’territorju li nħatfu mir-Russi, issa jinsabu aktar sereni hekk kif is-suldati ta’ Zelensky rnexxielhom jieħdu lura l-kontroll ta’madwar tletin zona.
Intant fil-messaġġ tiegħu tal-bieraħ, il-President Ukren kritika bl-aħrax dak li għamlu t-truppi ta’ Putin waqt li kienu qed jokkupaw art f’pajjiżu u qal li r-Russi m’għamlu xejn għall-poplu Ukren meta okkupawlu artu għajr li farrku u qerdu rħula sħaħ.
Hu qal li f’xi irħula, is-suldati Russi ma ħallewx imqar dar waħda wieqfa.
Fis-sigħat li ġejjin, Vladimir Putin se jkun qed jiltaqa’ mal-mexxej Ċiniż Xi Jin Ping fl-Uzbekistan.
Huma se jiddiskutu l-Ukrajna u t-Taiwan.
Sa issa Xi Jin Ping naqas milli jikkundanna l-invażjoni Russa fuq art Ukrena u kkritika minflok is-sanzjonijiet imposti fuq ir-Russja bħala riżultat dirett tal-attakki.
//= $special ?>