Żewġ gwardji tar-Reġina ħasshom ħażin fl-aħħar sigħat.
Wieħed mill-guardsmen li bħalissa qegħdin għassa mat-tebut tar-Reġina Eliżabetta ħassu ħażin mal-lejl.
Hekk kif bħalissa, permezz ta’ live stream ma taqta’ xejn, ħafna jistgħu isegwu live dak li qed jiġri f’Westminster Hall, fejn hem espost it-tebut tar-Reġina, fil-lejl bejn l-Erbgħa u l-Ħamis wieħed mill-irġiel għassa mat-tebut deher jaqa’ mal-art, b’żewġ gwardji oħra jmorru jerfgħuh minnufih.
Il-gwardji mat-tebut irjali qed jinbidlu kull 20 minuti.
Intant gwardja ieħor ħassu ħażin kmieni dalgħodu waqt il-provi tal-funeral statali li saru matul il-lejl li għadda.
It-tebut tar-Reġina Eliżabetta II mistenni jibqa’ espost għall-pubbliku f’Westminster Hall sas-6.30 tat-Tnejn filgħodu biex ftit tas-sigħat wara, f’Westminster Abbey l-Arċisqof ta’ Canterbury flimkien mad-Dean ta’ Westminster imexxi l-funeral tar-Reġina.
Mijiet ta’ eluf ta’ persuni se jkunu żaru Westminster Hall biex jagħtu l-aħħar tislima lir-reġina personalment qabel il-funeral statali ta’ nhar it-Tnejn.
//= $special ?>