Nhar it-Tnejn fil-11am, Net TV se jkun qed jixxandar programm speċjali fejn se nwasslulkom ix-xandira tal-funeral tar-Reġina Eliżabetta II.
Il-programm se jinkludi mhux biss il-filmati LIVE minn Londra, iżda wkoll mistiedna speċjali fl-istudios ta’ Net TV u anke’ kollegamenti diretti mill-kapitali Ingliża.
Ir-Reġina Eliżabetta II kienet ilha tirrenja fuq pajjiża mill-1952 wara li laħqet minflok missierha, ir-Re Ġorġ Sitta. U fis-snin kollha li damet fuq it-tron, ir-Reġina rat lil pajjiża għaddej minn ħafna bidliet storiċi u soċjali, bir-Renju Unit jistabbilixxi ruħu bħala protagonista fix-xena internazzjonali u bħala hub ewlieni minn lat ta’ kummerċ.
Il-mewt tar-Reġina Eliżabetta fissret ukoll li l-Prinċep Charles, binha l-kbir u l-eredi ġħat-tron tal-pajjiż, beda jmexxi r-Renju Unit bħala r-Re Karlu III u qed jaqdi r-rwol ta’ Kap ta’ Stat għal 14-il pajjiż.
//= $special ?>