Fi stqarrija maħruġa l-Ġimgħa filgħodu, il-Kamra tal-Avukati ikkundannat mingħajr ebda riżerva t-theddid indirizzat lejn il-Maġistrat Nadine Lia fil-kors tal-qadi ta’ dmirijietha.
Il-Kamra tal-Avukati sostniet li tali aġir kriminali, intenzjonat biex jinfluwixxi fuq is-serenità li biha ġudikant għandu jitħalla jaqdi l-funzjoni delikata tiegħu, m’għandu qatt jiġi permess f’ pajjiz demokratiku li jħaddan il-prinċipji tal-ġustizzja.
Għalhekk il-Kamra tal-Avukati tenniet li qiegħda tagħti s-sostenn sħiħ tagħha lill-Maġistrat Lia u lil ġudikanti kollha li bħalha jfittxu biss li jservu l-aħjar amministrazzjoni tal-ġustizzja, filwaqt li appellat sabiex l-Pulizija Eżekuttiva tieħu l-passi kollha meħtiega sabiex min wettaq dan id-delitt jiġi investigat u prosegwit skond il-liġi.
//= $special ?>