Futbol Sport

Il-UEFA b’passi dixxiplinarji kontra Celtic

(Ritratt: EPA)

Celtic se jsibu quddiemhom azzjoni dixxiplinarja mill-UEFA wara li l-partitarji wrew banners b’nuqqas ta’ rispett dwar il-Familja Rjali, iżda Rangers mhux se jiġu kkastigati talli indaqq l-innu nazzjonali f’Ibrox Park.

Il-UEFA fetħet proċeduri wara d-draw taċ-Champions League ta’ Celtic ma’ Shakhtar Donetsk nhar l-Erbgħa u deciżjoni dwar il-kwistjoni tittieħed fiż-żmien opportun. Rangers daqqew il-God Save the King u żammew minuta silenzju qabel il-partita kontra Napoli f’Ibrox biex ifakkru l-mewt tar-Reġina Eliżabetta II. Il-UEFA ma laqgħetx talba minn Rangers kif l-istess kienu talbu Chelsea u Manchester City biex jagħmlu dan, u qalu li riedu ċerimonja konsistenti ta’ qabel il-partita mingħajr ebda attivitajiet ta’ ċelebrazzjoni fil-postijiet kollha tar-Renju Unit.

Madankollu qabel il-partita, il-folla f’Ibrox Park ingħaqdet billi kantat l-innu Ingliż hekk kif indaqqet il-mużika, fl-istess waqt li l-partitarji għamlu koreografija mill-isbaħ li tfakkar lir-Reġina mifruxa minn naħa għall-oħra tal-istands.