Ir-Russja qed tħossha offiża li mhux mistiedna għall-funeral tar-Reġina
Uffiċjali Russi sejħu ‘immorali’ u ‘oxxen’ il-mod kif tħalliet barra mil-lista tal-mistednin għall-funeral tar-Reġina Eliżabetta II.
Ir-relazzjonijiet bejn ir-Russja u r-Renju Unit bdew imorru lura minn meta Putin beda l-invażjoni fl-Ukrajna fi Frar li għadda, meta l-Ingilterra kienet minn ta’ quddiem biex tibgħat l-armamenti biex jgħinu lit-truppi Ukreni jiġġieldu kontra dawk Russi.
Issa li r-rappreżentanti Russi ma ġewx mistiedna għall-funeral Statali, ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi komplew marru lura.
Stqarrija uffiċjali mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Maria Zakharova qalet li l-Ingliżi qed jużaw traġedja Nazzjonali li messet il-qlub ta’ miljuni ta’ nies madwar id-dinja għal raġunijiet ġeopolitiċi u bi tpattija u ddeskriviet il-mossa bħala immorali.
//= $special ?>