Tal-anqas disa’ persuni mejta u erbgħa mitlufa f’għargħar li ħakmu l-Italja fl-aħħar sigħat, bil-Kabinett Taljan jiddikkjara stat ta’ emerġenza fir-reġjun tal-Marche.
L-ammont kbir ta’ xita li niżel ikkawża għargħar kbar, bil-belt ta’ Ancona fost l-agħar milquta.
Il-kap tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili Fabrizio Curcio qal li kien hemm mument ta’ terrur hekk kif il-volum ta’ ilma laħaq livelli straordinarji.
“Fi ftit sigħat niżlet terz tax-xita kollha li normalment ikolna f’din iz-zona”.
Mijiet spiċċaw evakwati minn djarhom minħabba l-livelli għoljin tal-ilmijiet.
Tal-anqas 180 ħaddiem tat-tifi tan-nar qegħdin fiz-zona l-aktar milquta sabiex jagħtu l-assistenza u jwettqu s-salvataġġi meħtieġa.
//= $special ?>