“Illum fid-59 xahar mill-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia qed nagħtu l-appoġġ tagħna għal midja ħielsa u indipendenti.”
Hekk sostna l-Membru Parlamentari Ewropew tal-Partit Nazzjonalista David Casa f’post illi telà fuq il-midja soċjali aktar kmieni illum, filwaqt li tenna li jilqà l-proposta mill-Viċi President tal-Kummissjoni Vera Jourova biex issaħħaħ il-protezzjoni tal-midja madwar l-Ewropa.
David Casa qal li l-protezzjoni tal-midja madwar l-Ewropa huwa żvilupp pożittiv u “ilna naħdmu fuqu tul dawn l-aħħar snin fil-Grupp ta’ Ħidma dwaril-Midja tal-Parlament Ewropew.
Il-Membru Parlamentari Ewropew tal-Partit Nazzjonalista tenna li l-proċess sabiex din il-proposta ssir liġi Ewropea se jibda issa u li se tirappreżenta pass kbir fid-direzzjoni t-tajba għall-ġurnaliżmu madwar l-Unjoni Ewropea.
//= $special ?>