Il-COLA se tkun qed tiżdied b’aktar minn €9 fil-ġimgħa…iżda mhux aktar minn €10.
Sostna dan il-Ministru Clyde Caruana f’konferenza li wassal relatata mal-pre-budget … fejn preżenti kien hemm diversi imsieħba soċjali.
Fid-dokument preżentat intqal li l-inflazzjoni u konsegwenza t’hekk il-prezzijiet, qed jiżdiedu minħabba l-fatt li l-maġġoranza tal-merċa u prodotti li hawn f’Malta u Għawdex huma kollha impurtati.
U għaldaqstant kemm sforz l-effetti tal-pandemija kif ukoll bl-impatt tal-gwerra fl-Ukrajna kien inevitabbli li l-piż jinħass fil-but tal-poplu.
Madanakollu meta mistoqsi fost oħrajn minn Net News dwar kif il-Gvern se jkun qiegħed jgħin liċ-ċittadin quddiem dan kollu, huwa semma l-COLA…u indika li se jinħareġ ċekk addizzjoni lil dawk vulnerabbli; proposta riciklata li kien diga wieghed fil-Budget li ghadda.
Filwaqt li Clyde Caruana wiegħed li se jagħti €600 miljun lill-familji Maltin u Għawdxin biex jilqagħhom minn prezzijiet tal-enerġija u l-ikel … fid-dokument preżentat intqal li l-prezzijiet qed jiżdiedu drastikament meta kkumparati mal-bqija tal-istati membri minħabba li qed ngħixu inflazzjoni aktar baxxa.
Madanakollu kollox qiegħed jindika li l-inflazzjoni u l-prezzijiet fix-xhur li ġejjin se jkomplu jiżdiedu u għadu mhux ċar x’soluzzjoni se jkun qiegħed joffri l-Gvern Laburista.
Clyde Caruana insista li l-Gvern għandu joqgħod attent għall-ispiża tiegħu, fejn fix-xhur li għaddew kien insista li jrid jaqta’ €200 miljun mill-infieq tiegħu – bl-Università ta’ Malta tkun l-ewwel vittma.
Mistoqsi minn fejn se jkun qiegħed ikompli jaqta’ – Clyde Caruana ma’ weġibx, iżda minflok iddefenda l-amministrazzjoni preċedenti.
Dan filwaqt li ftaħar bit-tnaqqis fil-qgħad li qed jirreġistra pajjiżna…madanakollu kelliema għall-imsieħba soċjali ġibdulu l-attenzjoni li l-kwalità tal-ħajja fid-dinja tax-xogħol mhux l-ideali…li għandna skjavi moderni…. u li mhux kull ma jleqq huwa deheb. Iżda l-Ministru, ftit li xejn ta’ kas dawn l-istqarrijiet.
Intant b’rabta ma’ dan kollu Caruana kien mistoqsi dwar il-platform u gig workers…ħaddiema ħafna minnhom barranin li ta’ kuljum f’pajjiżna qed jiżdiedu…b’Caruana jammetti li hemm problema…..tweġiba li biha farfarha fuq is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul…li jaqa’ taħt l-uffiċċju tal-Prim Ministru Robert Abela.
//= $special ?>