Ċifri ppubblikati llum mill-NSO juru li l-għoli tal-ħajja laħaq il-livell rekord ta’ 7 fil-mija. Dan ifisser mhux biss żieda fuq ix-xahar ta’ Lulju, iżda wkoll rekord għal dawn l-aħħar 10 snin; bil-prezzijiet jiżdiedu xahar wara l-ieħor.
L-istatistika turi kif fix-xahar ta’ Awwissu żdiedu l-prezzijiet ta’ diversi prodotti u servizzi, filwaqt li ż-żidiet kienu innutat f’kull settur li jitkejjel mill-NSO.
L-għoli tal-ħajja sploda minħabba żieda fil-prezz tal-ikel, żieda fin-nefqiet relatati mal-edukazzjoni tat-tfal, żieda il-prezzijiet tal-lukandi u r-ristoranti, żieda fil-prezz tal-mediċini u servizzi tas-saħħa, żieda fejn jidħol anke t-trasport kif ukoll oġġetti tad-dar. Anke l-ħwejjeġ u ż-żraben kellhom żieda marġinali fil-prezz.
//= $special ?>