Mara ta’ 77 sena sofriet ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn karozza f’inċident kmieni dalgħodu.
L-anzjana ttajjret minn Toyota Vitz misjuaq minn mara ta’ 25 sena residenti l-Belt Valletta.
L-inċident seħħ fit-7.45am fi Pjazza Robert Samut kantuniera ma’ Triq il-Kapuċċini, bil-Pulizija jaslu fil-post ftit tal-ħin wara.
Tim mediku li wasal fil-post ħa l-anzjana l-isptar Mater Dei fejn ġiet iċċertifikata li qed issofri ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>