Minkejja l-ħafna kliem sabiħ li qal u l-wegħdi li għamel fl-aħħar snin, il-Gvern Laburista qed ikompli jiekol mill-flus li qed jalloka għall-edukazzjoni – settur li evidentement, għal-Labour, ma huwiex importanti biżżejjed.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Nazzjonalista, il-Kelliem għall-Edukazzjoni Justin Schembri tkellem dwar kif il-Gvern naqqar miljun ewro mill-budget għall-Universita għas-sena d-dieħla, b’kuntrast mal-wegħda ta’ ftit snin ilu, li kellha żżid u mhux tnaqqar mill-flus allokati għar-riċerka fl-Universita ta’ Malta.
Schembri qal li ma hemmx rieda minn naħa tal-Gvern lanqas li jżid is-salarji tal-għalliema, l-LSEs u l-edukaturi l-oħra…. minkejja l-wegħdiet ta’ qabel l-elezzjoni, iżda mbagħad kellu flus għal kariga ġdida għal Frank Fabri… għall-Ġordaniżi u l-università tagħhom, u għal Barts.
Id-Deputat Nazzjonalista qal li għall-kuntrarju, il-PN iqis l-edukazzjoni bħala qasam kruċjali għall-pajjiż.
Indirizzat il-konferenza wkoll il-Kelliema tal-PN ghaż-żgħażagħ u l-fondi Ewropej Bernice Bonello li kkudannat it-tnaqqis ta’ fondi lill-Università meta din l-isituzzjoni u r-riċerka li jsir fi ħdanha kif ukoll dipartiment oħra għandhom jingħataw priorita.
Li l-Università jkollha studenti li jiggradwaw hu l-obbligu tagħha.
Madankollu, qalet li l-akbar għan li Università għandha hi r-riċerka…. u meta jkun hemm tnaqqis ta’ allokazzjoni finanzjarja għal dan il-qasam…dan ifisser tnaqqis ta’ investiment fiż-żgħażagħ Maltin u tnaqqis ta’ opportunitajiet għalihom.
Bernice Bonello qalet li l-Gvern se jkun qed inaqqas €3000 kuljum fl-Edukazzjoni.
Il-PN qal li filwaqt li qed iqaċċat minn investiment fl-edukazzjoni taż-żgħażagħ Maltin, il-Gvern ta’ Abela għadu miexi fuq il-passi ta’ Joseph Muscat, u għadu qed iqassam l-eluf lil dawk qrib tiegħu.
//= $special ?>