Lokali Qorti

Sentenza sospiża wara li ħaraq vann f’Birkirkara

Raġel ta’ 45 sena mill-Fgura kien ikkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li ammetta li tmien xhur ilu ħaraq vann f’Birkirkara. Francis Bowell ammetta li fl-4 ta’ Jannar li għadda, għall-ħabta tas-12.45am fi Triq Tumas Fenech, ta n-nar lil vann u li kkaġuna ħruq f’karozza li kienet maġenbu.

Il-Maġistrat Marse-Ann Farrugia kkunsidrat diversi fatturi biex waslet għal tali sentenza fosthom dik li Bowell diġà għandu sitt kundanni mill-Qrati fosthom dwar ksur ta’ liġijiet tas-sewqan u li ġiegħel annimali jsofru. Hija qieset ukoll li l-ħati ħallas lil sid il-vann tal-ħsara li wettaq u li l-istess vittma, li ħafirlu qal li kienu rranġaw il-kwistjonijiet ta’ bejniethom.

Mandakollu l-Qorti qalet li huwa ma ħallasx lis-sid tal-karozza tal-ħsara li kkaġunalu fl-istess inċident f’aspetti oħra fosthom li dan kellu jħallas l-‘excess’ fuq il-polza tal-assikurazzjoni u biex jikri karozza oħra. Fir-rigward tal-piena, il-Qorti hadet in konsiderazzjoni l-fatt li Bowell ikkopera mal-Pulizija u rregistra ammissjoni fi stadju bikri tal-proceduri, u b’hekk ma heliex il-hin tal-forzi tal-ordni u ta’ l-istess Qorti. li deher quddiemha. Mir-rapport tal-Ufficjal tal-Probation ma jirrizultax li l-imputat ghandu problema ta’ vizzji.

Mill-atti u mir-rapport tal-Ufficjal tal-Probation jirrizulta li l-imputat irrifonda lill-vittma John Paul Grima tad-danni li sofra, u fil-fatt fis-seduta tas-27 t’April 2022 Grima xehed li hu u l-imputat issettiljaw il-kwistjonijiet ta’ bejniethom, u li jahfirlu tal-agir tieghu.

Minbarra s-sentenza ta’ ħabs sospiża l-Maġistrat Farrugia ordnat lil Bowell iħallas €555 lis-sid tal-karozza fi żmien sitt xhur. Il-Qorti ordnat ukoll fil-konfront tal-ħati Ordni ta’ Trażżin għall-fini li tipprovdi għas-sigurtà tal-vittma. Din l-Ordni ta’ Trażżin qed tinħareġ għall-perjodu ta’ tliet snin li tgħodd mid-data ta’ din is-sentenza.

Il-Qorti ordnat ukoll li kopja ta’ l-Ordni tat-Trażżin tiġi komunikata lill-Kummissarju tal-Pulizija. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Jeffrey Scicluna u Mario Xiberras.