Fi tmien il-ġimgħa t-timijiet Maltin tal Open u l-Veterani flimkien mat-tim ta’ taħt is-sittax-il sena se jieħu sehem fit-Tazza tad-Dinja tat-Table Football li se ssir f’Ruma organizzata mill-Federation of International Sports Table Football.
Il-kontinġent Malti se jħalli pajjiżna nhar il-Ġimgħa u se jkun akkumpanjat mill-President tal-assoċjazzjoni lokali Patrick Pace flimkien ma’ membri tal-kumitat.
It-tim tal-Open se jkun kompost minn Samuel Bartolo, Jean Carl Tabone, Mark Gauci, Derek Conti, Joe Borg Bonaci, Jurgen Balzan u Jamie Bonnici. Il plejers kollha se jkunu qed jirrapreżentaw lil Malta fl-Open filwaqt li Jamie Bonnici se jieħu sehem fil-kategorija ta’ taħt l-20 sena.
It-tim tal-Veterani se jkun iffurmat minn Charles Aquilina, Massimo Cremona, Jason Pisani, John Zammit u Mario Camilleri, bil plejers kollha se jirrapreżentaw lil Matlta fil-kompetizzjoini tal-Individwali tal-Veterani. Charles Aquilina se jkun qieghed jiddefendi t-titlu li kien rebaħ fl-aħħar edizzjoni li kienet saret ġewwa Gibilita fl-2018.
It-tim ta’ taħt is-sittax-il sena se jkun kompost minn Thomas Ebejer, Jeshua Bonnici, Jayden Bonnici u Robert Farrugia Randon bil-plejers kollha se jkunu involuti fil-kompetizzjoniet individwali skond l-eta tagħhom. It team se jkun taħt il- gwida ta Jamie Bonnici.
Il-logħob tal-Individwali se jintlagħabu s-Sibt filwaqt li l-loghob tan-nazzjonijiet jintlaghabu l-Ħadd.
//= $special ?>