EUROPA LEAGUE:
Union St.Gilloise 3-2 Malmo
Il-Malti Teddy Theuma protagonist b’assist u gowl għal Union St.Gilloise sabiex f’darhom għelbu lil FF Malmo 3-2 biex kisbu t-tieni rebħa minn daqstant partiti fil-grupp. Wara biss sitt minuti Malmo marru fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Martin Olsson kien Joseph Ceesay li għeleb lil Anthony Moris. Reazzjoni immedjata minn Union St.Gilloise . Minn azzjoni tal-Malti Teddy Theuma , fis-17-il minuta kien Christian Burgess li għeleb lil Johan Dahlin għal 1-1 . Fit-tieni taqsima fis-57 minuta kien Isaac Thelin li minn azzjoni ta’ Felix Beijmo għeleb lil Moris. Tnax il-minuta wara minn pass ta’ Christian Burgess kien Teddy Theuma li għeleb lil Dahlin għat 2-2 . Fil-71 minuta Union saħansitra fil-vantaġġ permezz ta’ Victor Boniface għat-3-2 riżultat li biħ intemmet il-partita.
Sheriff 0-2 Manchester United
Fi Grupp E Manchester United għelbu barra minn darhom lil Sheriff tal-Moldova bl-iskor ta’ 2-0.
Żewġ gowls fl-ewwel taqsima kienu biżżejjed għal Manchester United sabiex mit-telfa kontra Real Sociedad kisbu l-ewwel rebħa fil-grupp. Wara biss 17-il minuta minn azzjoni ta’ Christian Eriksen kien Jadon Sancho li għeleb lil Maksym Koval biex poġġa lil Manchester United fil-vantaġġ. Reazzjoni minima minn Sheriff l-aktar wara li fid-39 minuta kien Cristiano Ronaldo li minn penalty għeleb lil Koval u rdoppja għal United. 2-0 sa tmiem l-ewwel taqsima u eventwalment riżultat li biħ intemmet il-partita.

CONFERENCE LEAGUE:
SIlkeborg 2-3 West Ham United
Fi Grupp B West Ham United barra minn darhom għelbu lil SIlkeborg 3-2.
Fil-ħames minuta kien Kasper Kusk li minn azzjoni ta’ Lukas Engel għeleb lil Alphonse Areola biex poġġa lil Silkeborg fil-vantaġġ. Minn penalty fit-13 il-minuta Manuel Lanzini għeleb lil Larsen għal 1-1 sabiex fil-25 minuta West Ham marru fil-vantaġġ permezz ta’ Gianluca Scamacca minn pass ta’ Maxwel Cornet. Fit-38 minuta l-iskor sar 3-1 meta minn azzjoni ta’ Aaron Cresswell kien Craig Dawson li għeleb lil Nicolai Larsen għat 3-1 . Fil-75 minuta Silkeborg naqqsu l-iskor permezz ta’ Soren Tengstadt minn azzjoni ta’ Tonni Adamsen.
Basaksehir 3-0 Fiorentina
Minn Grupp A Fiorentina barra minn darhom sfaw megħluba mit-Torok ta’ Basaksehir bl-iskor ta’ 3-0. Il-Gowls ta’ Basaksehir waslu fit-tieni taqsima meta fis-57 minuta kien Serdar Guler li għamilhom 1-0 biex l-istess plejer għamilhom 2-0 fil-71 minuta. Fiorentina lagħbu l-aħħar 14-il minuta tal-partita bi plejer inqas meta tkeċċa Jonathan Ikone. Basaksehir għamluhom tlieta b’gowl fis-90 minuta ta’ Bertrand Traore.
Riżultati:
EUROPA LEAGUE:
Bodoe 2-1 Zurich
D. Kyiv 0-1 AEK Larnaca
Rennes 2-2 Fenerbache
R. Betis 3-2 Ludogorets
Roma 3-0 HJK Helsinki
Braga 1-0 U. Berlin
U. St. Gilliose 3-2 Malmo
FC Sheriff 0-2 Man Utd
R. Sociedad 2-1 O. Nicosia
Midtjylland 5-1 Lazio
Feyenord 6-0 S. Graz
Olympiacos 0-3 Freiburg
Qarabag 3-0 Nantes
Trabzoonspor 2-1 C. Zvezda
Monaco 0-2 Ferencvaros
CONFERENCE LEAGUE:
Basaksehir 3-0 Fiorentina
RFS 0-2 Hearts
FCSB 0-0 Anderlecht
Silkeborg 2-3 West Ham United
H. Beer SHeva 1-2 Villareal
L. Poznan 4-1 A. Wien
Cologne 4-2 Slovacko
P. Beograd 1-1 Nice
A. Limassol 1-3 Dnipro
AZ 4-1 Vaduz
Djurgaarden 3-2 Molde
Gent 3-0 Shamrock Rovers
Pyunik 2-0 S. Bratislava
Z. Vilnius 0-1 Basel
Cluj -01 Sivasspor
S. Pargue 3-2 Ballkani
//= $special ?>