Il-Ħamis tkompla l-Birkirkara Tennis Club Anniversary Open fejn intlgħabu is-semi finali tan-nisa u tal-irġiel.
Fl-ewwel semi finali tan-nisa Elisa Buhagiar eliminat lil Lena Maria Zammit 6-0, 6,0 filwaqt li fit-tieni semi finali Emma Montebello ddominat u għelbet lil Marina Tawdrws f’żewġ sets identici 6-0, 6-0.
Fis-semi finali tal-irġiel, Matthew Asciak, rebbieħ tal-edizzjoni tas-sena li għaddiet, għadda għal finali meta għeleb 6-1, 6-1 lil Hegoi Juaregui. Fit-tieni semi finali Liam Delicata, wara li kontra Mark Gatt rebaħ l-ewwel set 6,1 rebaħ ukoll dak deciżiv 6-3.
Fil-Birkrkara Tennis Club Anniversary Open ħadu sehem xejn anqas minn 60 tennist fil-kategorija tal-irġiel u ħdax f’dik tan-nisa b’partecipazzjoni minn 20 pajjiż bil-finali bejn Elisa Buhagiar u Emma Montebello u dik tal-irġiel bejn Matthew Asiak u Liam Delicata jintlgħabu llum.
//= $special ?>