Tifla ta’ sitt snin qegħda bejn ħajja u mewt wara li belgħet ħafna ilma baħar.
It-tifla twsslet l-istpar Mater Dei permezz ta’ ħelikopter wara li ġiet salvata minn fuq dgħajsa.
Skont il-ġurnal Times of Malta, iċ-ċkejkna tinsab fit-Taqsima tal-Kura Intensiva u ma kien irrappurtat l-ebda titjib fil-kundizzjoni tagħha minn mindu ddaħħlet l-isptar ħamest ijiem ilu.
Skont informazzjoni li ngħatat mill-awtoritajiet Taljani li għenu fis-salvataġġ, it-tifla nstabet fi stat serju ta’ diżidratazzjoni u kienet f’qagħda kritika.
Sorsi qrib Mater Dei qalu li hija kellha trombożi fil-moħħ u sal-bieraħ kienet għadha mitlufa minn sensiha.
It-tifla u zitha kienu fost 28 persuna li kienu qed ifittxu l-ażil.
Ftit tal-jiem ilu, il-media rrappurtat il-mewt ta’ Loujin Ahmed Nasif, it-tifla Sirjana ta’ 4 snin li mietet bil-għatx fi Kreta wara li ġiet salvata minn fuq dgħajsa li wkoll kienet qed tgħereq.
Illejla quddiem il-Knisja ta’ Liesse fis-6.30pm, Moviment Graffiti se jkun qed jorganizza vġili b’tifkira ta’ Loujin, u fost dawk li se jattendu hemm il-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca, l-Arċisqof Charles J Scicluna u l-Imam.
//= $special ?>