Ambjent Kunsilli Lokali Lokali

Ebda konsultazzjoni mal-Kunsill tas-Swieqi dwar tender fuq art pubblika

Il-Kunsill Lokali tas-Swieqi huwa nfurmat li l-Lands Authority ħarġet sejħa uffiċċjali għall-pubbliku sabiex tinxtara biċċa art fi Triq S. Cannataci fis-Swieqi, b’ referenzi Advt. 96 għal Plot ‘B’, ta’ daqs ta’ 548 metri kwadri u Advt. 95 għal Plot ‘A’, ta’ daqs ta’ 116 metri kwadri.

Il-Kunsill huwa nfurmat li dan is-sit huwa wieħed mill-ftit li fadal fil-lokalita’ tas-Swieqi li mhux privat, u li matul dawn l-aħħar snin, il-lokalita’ tas-Swieqi kienet assedjata bi proġetti kbar ta’ żvillup u kostruzzjoni b’impatt kbir fuq il-kwalita’ tal-ħajja tar-residenti.

Fi Stqarrija il-Kunsill tas-Swieqi stqarr li il-lokalita’ diġa’ hija nieqsa ħafna mill-ispazji miftuħa u ġonna pubbliċi
minkejja li l-popoloazzjoni qiegħda dejjem tiżdied, u b’rispett, qed jitlob lil-Gvern sabiex jintervjeni mal-Lands Authority minnufih u jirrevoka din is-sejħa uffiċċjali, u biex dan is-sit jiġi trasferit lill-Kunsill Lokali tas-Swieqi permezz ta’ atti apposta jew devoluzzjoni.

Apparti dan il-Kunsill Lokali tas-Swieqi jisħaq li għandha ssir konsultazzjoni sħiħa mal-Kunsill sabiex jiġi stabbilit kif dawn is-siti jistgħu jiġu utilizzati bl-aħjar mod u jkunu ta’ benefiċċju għar-residenti kollha.