Sejba xokkanti fil-belt Ukrena ta’ Izyum, fir-reġjun ta’ Kharkiv – 440 qabar f’post wieħed.
L-oqbra instabu hekk kif it-truppi ta’ Volodymyr Zelensky rnexxielhom jiksbu lura l-kontroll taz-zona.
Il-President Ukren ikkonferma s-sejba iżda qal li informazzjoni vverifikata dwar dak li nstab għada trid toħroġ.
Zelensky qal li d-dinja jeħtieġ tifhem li dan kollu vera qed jiġri u tifhem ukoll x’fissru l-offensivi tar-Russi fuq artu.
Ritratt li ġei rrilaxxat minn uffiċjal Ukren juri numru ta’ slaleb tal-injam ħerġin minn fuq munzelli ta’ ħamrija, indikazzjoni li fil-post hemm persuni midfuna.
Kelliem għall-President Ukren qal li diġà bdew it-tħejjijiet biex jinħarġu l-iġsma kollha u jittieħdu għal testijiet forensiċi filwaqt li ddeskriva lir-Russja bħala pajjiż assassin u li jħeġġeġ it-terroriżmu.
//= $special ?>