Futbol Sport

GFA l-Ewwel Diviżjoni: Draw ta’ sitt gowls bejn Qala S u Kerċem A

(Ritratt: Anaca Photography)

Nadur Y jiksbu t-tieni rebħa

Il-Ġimgħa filgħaxija fil-Gozo Stadium tkompla l-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni b’żewġ partiti fejn fl-ewwel partita Qala Saints u Kerċem Ajax spiċċaw fi draw ta’ 3-3 filwaqt li fit-tieni partita Nadur Youngsters għelbu lil Oratory Youths 2-0.

Qala Saints 3-3 Kerċem Ajax

Partita mill-isbaħ dik bejn Qala u Kerċem fejn kienu Kerċem li marru minn fuq permezz ta’ Luiz Henrique Santana Motta fit-12-il minuta. Reazzjoni minn Qala li fis-27 minuta ġabu d-draw b’gowl ta’ Joshua Buttigieg iżda fl-40 minuta Kerċem reggħu marru minn fuq meta Joao Vitor Ferrari SIlva tefa’ fix-xibka tiegħu stess. L-ewwel taqsima tintemm b’Kerċem fil-vantaġġ.

Il-logħob baqa’ maqsum fit-tieni taqsima u fit-58 minuta Qala reġgħu ġabu l-iskor indaqs b’gowl ta’ Ayeller Carvalho iżda għaxar minuti wara Kerċem reġgħu marru minn fuq permezz ta’ Bruno Da Cruz. Qala ma’ ċedewx u fit-78 minuta l-iskor sar 3-3 b’gowl ta’ Rafael Conrado Prudente, skor li baqa’ hekk sat-tisfira finali.

Referee: Alex Johnson

Oratory Youths 0-2 Nadur Youngsters

Fit-tieni partita iċ-Champions Nadur Youngsters kisbu t-tieni rebħa tagħhom minn daqstant partiti meta għelbu lil Oratory Youths 2-0. Nadur kellhom jistennew sal-71 minuta biex fetħu l-iskor permezz ta’ Joseph Zammit biex tliet miuti wara l-eks pleyer ta’ Ħamrun Spartans Marcelo Barbosa irdoppja l-vantaġġ. Skor finali 2-0 favur Nadur.

Referee: Joseph Scerri

(Ritratt: Anaca Photography)