Raġel li ismu ma jistgħax jixxandar b’ordni tal-Qorti ingħata sentenza sospiża wara li f’Jannar li għadda ta n-nar lil vettura wara li skopra li l-mara kellha lil ħaddieħor.
Is-sid tal-vann ingħata kumpens għall-ħsarat li ġarrab il-vann. L-akkużat kien suspettat wara li l-vettura tiegħu dehret fil-post fejn seħħ il-ħruq.
Il-Maġistrat Marse-Ann Farrugia nnotat li l-akkużat għamel diversi atti kriminali fosthom moħqrija fuq l-annimali. Minħabba dan il-Qorti kkundannatu għal sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin.
Il-Prosekuzzjoni kienet immexxija mill-Ispetturi Jeffrey Scicluna u Mario Xiberras.
//= $special ?>