Lokali Qorti

Jinżamm arrestat wara li ħebb għall-eks sieħba tiegħu

Joseph Debono ta’ 57 sena residenti Bormla nżamm arrestat wara li ġie mixli bi vjolenza domestika u li kiser ordni ta’ trażżin fil-konfront ta’ omm il-ħamest itfal tiegħu.

Fil-qorti l-Prosekuzzjoni qalet li sena u nofs ilu kellu każ u nħarġet l-ordni li għal tlett snin ma jersaqx lejn l-eks sieħba tiegħu.

Fl-24 ta’ Awwissu li għadda Debono ħebb għall-eks-sieħba tiegħu peress li ried jara lit-tfal tiegħu.

Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrieh filwaqt li l-avukat talbet għall-ħelsien mill-arrest. Il-Prosekuzzjoni ma laqgħetx din it-talba hekk kif ir-raġel inżamm arrestat.