Kalen Ben Gamhur li huwa Libjan residenti Malta ġie akkużat li matul Awwissu u Settembru seraq minn diversi karozzi.
Il-Prosekuzzjoni qalet fil-Qorti li fl-aħħar ġimgħat innutaw żieda fis-serq mill-karozzi filwaqt li nstabu marki tas-swaba tiegħu fuq uħud minn dawn il-karozzi.
Il-Prosekuzzjoni kompliet tgħid li l-akkużat huwa dipendenti fuq id-droga.
L-akkużat qal li meta serva s-sentenza ta’ 14-il sena ħabs huwa ma ngħatax għajnuna sabiex jegħleb il-vizzju tad-droga wara li kien hu stess li talab għal din l-għajnuna.
Il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras żammet lill-akkużat taħt arrest u ħarġet ordni ta’ superviżjoni minħabba d-dipendenza li għandu fuq id-drogi.
//= $special ?>