Komplew it-tħejjijiet għall-funeral tar-Reġina Eliżabetta II li se jsir nhar it-Tnejn, bil-kapijiet tal-istati mistiedna qed jaslu f’Londra biex jipparteċipaw f’din il-funzjoni li matulha se tingħata l-aħħar tislima.
F’Windsor fl-aħħar sigħat wieħed seta’ jsegwi t-tħejjiet u l-provi ta’ dak li se jiġri nhar it-Tnejn li ġej.
Hekk kif jum il-funeral kull ma jmur qed dejjem joqrob, ħafna wkoll qed idawru l-attenzjoni tagħhom lejn kif se jkun it-temp hekk kif dan mistenni jkun ftit imsaħħab b’waqtiet xemxin, bl-għola temperatura titla’ 20C.
Ġiet imħabbra wkoll ir-rotta tal-purċissjoni hekk kif tintemm il-funzjoni tal-funeral lejn il-Kastell ta’ Windsor.
Intant, fl-aħħar sigħat raġel li kienu ilu jistenna fil-kju sabiex jagħti l-aħħar tislima lir-Reġina, telaq jiġri lejn it-tebut tagħa, bil-Pulizija bħalissa qed iżommu arredstat sabiex tifhem x’kien il-mottiv wara l-azzjoni li wettaq.
Il-ħin tal-istennija biex in-nies jagħtu l-aħħar tislima lir-Reġina Eliżabetta II issa twal għal minn tal-anqas 24 siegħa.
Skont il-live queue tracker tal-Gvern Brittaniku, il-kju issa jmur lura diversi mili mal-ixmara Thames.
L-awtoritajiet infurmaw lin-nies biex ma jibqgħux jinġabru fil-kju filwaqt li ħarġu avviżi biex in-nies li jmorru, jieħdu magħhom dak kollu meħtieġ biex jibqgħu sħan, u anki xi ikel biex jitrejqu sakemm ikunu qed jistennew fil-kju.
//= $special ?>