Fis-Centenary Stadium il-Ġimgħa filgħaxija ntlagħabu żewġ partiti fejn fl-ewwel waħda Msida SJ kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun meta għelbu lil Luqa SA 2-0 filwaqt li St. George’s ukoll kisbu l-ewwel rebħa meta għelbu lil Kirkop United 4-1
Luqa St. Andrews 0-2 Msida St. Joseph
B’goal f’kull taqsima Msida għelbu lil Luqa 2-0 biex kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun filwaqt li Luqa sofrew l-ewwel telfa wara draw u rebħa ma’ St. George’s u Mdina rispettivament.
Msida skorjaw l-ewwel gowl fl-40 minuta permezz ta’ Jamie Camilleri biex kwarta mit-tmiem kien Misael Tabone li ssiġilla rebħa u tliet punti għal Misidjani.
Referee: Wayne Sammut
Kirkop United 1-4 St. George’s
Wara żewġ draws fl-ewwel żewġ ħarġiet tagħhom kontra Luqa Sa u Msida SJ, waslet ukoll l-ewwel rebħa għal St. George’s meta b’żewġ gowls f’kull taqsima għelbu lil Kirkop U 4-1.
Morientes Muscat skorja darbtejn f’temp ta’ żewġ minuti bl-ewwel gowl jasal fis-36 minuta biex żewġ minuti wara reġa sab ix-xibka u tefa’ lil Bormliżi f’vantaġġ ta’ żewġ gowls sal mistrieħ. Għaddew biss erba’ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima u reġa kien Morientes Muscat li għaqqad tripletta personali u għamel l-iskor 3-0 għal St. George’s . Fit-62 minuta Kirkop naqsu d-distakk b’gowl ta’ Quelin Micallef iżda seba’ minuti wara Rudy Cassar temm kull tama għal Kirkop bir-raba’ golw Bormliż bl-iskor finali jkun dak ta’ 4-1 favur St. George’s.
Referee: Raiden Psaila
//= $special ?>