Raġel ta’ 64 sena residenti Ta’ Sannat, Għawdex jinsab fil-periklu tal-mewt wara ħabta li seħħet ilbieraħ fi Triq Għajn Qatet, ir-Rabat, Għawdex. , 6.30pm. Huwa ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Minn stħarriġ li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Starlet, misjuqa minn raġel ta’ 46 sena residenti l-Fontana Għawdex, u mutur Kymco, misjuq mill-vittma.
Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar b’ambulanza. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.
Il-Maġistrat tal-Għassa Bridgette Sultana ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>