Saul ‘Canelo’ Alvarez għeleb lil Gennady Golovkin biex iddefenda t-titli tal-undisputed super-middleweight. Din kienet it-tielet ġlieda bejn iż-żewġ boexers f’Las Vegas, b’Alvarez jirbaħ l-aħħar żewġ konfronti, wara draw kontroversjali fl-ewwel ġlieda.
Alvarez u Golovkin iġġieldu għat-12-il round sħaħ, b’Alvarez jiddomina l-iscores tal-judges, li aġġudikaw il-ġlieda favur il-Messikan b’punteġġi ta’ 116-112, 115-113 u 115-113.
Wara l-ġlieda iż-żewġ boxers qasmu mument amikjevoli fejn urew ir-rispett lejn xulxin wara snin ta’ rivalita’ sportiva. B’hekk Alvarez żamm it-titli tal-IBF, WBA (Super), WBO u WBC.
Minkejja li bosta basru li Golovkin kien se jħalli l-isport tal-boxing wara din it-telfa, hu kkonferma li se jibqa jiġġieled. Min-naħa l-oħra Alvarez qal li se jkun qed jieħu ftit żmien ta’ mistrieħ fejn mistenni jagħmel intervent mediku f’idu.
//= $special ?>