Lokali

“Hemm metodi oħra għall-mobbiltà”

F’okkazzjoni tal-European Mobility Week, il-Kunsill Lokali tan-Naxxar ipparteċipa permezz ta’ numru ta’ attivitajiet, fosthom studju u konsultazzjoni pubblika li jinkoraġġixxu lir-residenti tan-Naxxar jofru l-opinjoni tagħhom rigward il-mobbiltà sostenibbli.

Fl-Ewropa, madwar 2,739- il villaġġ u belt li pparteċipaw f’din il-ġimgħa ta’ mobilita, bil-għan li jiġu ppruvati diversi metodi ġodda għall-mobbilta sostenibli, bl-għan li l-pajjiżi Ewropej jilħqu t-tir għall-’Carbon Neutrality’ sal-2050. Kif stqarret ma’ Net News is-Sindku tan-Naxxar Anne Marie Muscat Fenech Adami.

Fost l-attiviatijiet li saru fin-Naxxar intqal kif it-traffiku qiegħed ta’ kull sena jiżdied u bħala alternattiva diversi kelliema, inkluż Byorn Bonello, il-President tal-Kamra tal-Ippjanar u Mark Deguara, Kunsillier fi ħdan il-Kunsill Lokali stqarru li l-poplu Malti jrid jibda jikkunsidra metodi alternattivi oħra ta’ mobbilità, nkluż li nimxu aktar u karozzi tal-elettriku.

Il-Kunsill tan-Naxxar stqarr li l-għan ta’ din il-ġimgħa, hi li nfakkru lin-nies li apparti l-karozza personali tagħhom, għandhom ukoll mezzi oħra ta’ transport, inkluż tal-linja u carpooling li jkomplu jnaqqsu mit-traffiku, u jħallu ambjent aktar nadif għall-kulħadd.

Il-Kunsill Lokali tan-Naxxar ħa l-opportunita wkoll li jippromwovi l-isport, kif spjegalna l-Kunsillier Mark Deguara.

Tags