Lokali

Imut missier il-Kap tal-Partit Nazzjonalista

Qatt ma nafu li gerger, qatt ma naf li qalli li qieghed ħażin. Issa mistrieh, issa tinsab ahjar.

Huma dawn il-kliem li kiteb il-Kap tal-PN Bernard Grech wara l-mewt ta’ missieru John, li kellu 90 sena.

F’messagg emozzjonanti li wassal permezz tal-media socjali…Bernard Grech spjega kif gimgħa ilu meta kien diġà qiegħed iħoss li ħajtu waslet fl-aħħar, kien staqsih “kif tħossok Pa”, u hu bil-kemm felah jitkellem, wieġbu “Aħjar”.

Bil-Kap tal-PN jistqarr li missieru issa jinsab aħjar żgur; igawdi l-eternità ta’ mħabba li dejjem xettel f’uliedu.

John Grech kien raġel li ħadem bla heda għall-familja.

U fl-aħħar snin, hu kien residenti f’San Vincez de Paul.

Dan… kien il-messaġġ li għadda missier Bernard Grech meta hu kien ġie elett fit-tmexxija tal-partit.

John Grech, li kien eks impjegat tal-Enemalta, kien miżewweġ u kellu erbat itfal – Noel, Josiah, Marica u Bernard.

Il-Partit Nazzjonalista, fi stqarrija, esprima l-kondoljanzi tiegħu lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista u l-familja Grech għall-mewt ta’ missierhom John….u jinghaqad mal-familja f’dan il-mument difficli.

Il-Prim Ministru kien ukoll fost dawk li wasslu l-kondoljanzi tagħhom lil Bernard Grech għat-telfa ta’ missieru. B’messaġġi simili jaslu wkoll mill-President ta’ Malta George Vella u l-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola.

Malli ħarġet l-aħbar, il-PN ħassar l-attivitajiet li kienu pjanati għall-jum tal-Ħadd b’rabta mal-festi tal-Indipendenza.

Net News iwassal il-kondoljanzi lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista, kif ukoll lill-familja Grech.