Fl-aħħar ħin kien imħabbar li l-attivitajiet pjanati li jsiru illum, il-Ħadd 18 ta’ Settembru, mill-Partit Nazzjonalista b’rabta mal-festi tal-Indipendenza ġew ikkanċellati.
Dan wara li tħabbret il-mewt ta’ missier il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, John Grech li f’Ġunju li għadda għalaq 90 sena.
Fl-aħħar jiem Bernard Grech kien qasam il-ħsibijiet tiegħu permezz tal-midja soċjali fejn insista li qalbu kienet qed tingħafas.
Din il-kamra tal-aħbarijiet twassal il-kondoljanzi lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista kif ukoll lill-familja Grech.
Intant, il-Partit Nazzjonalista esprima l-kondoljanzi tiegħu lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kif ukoll lill-familja Grech għat-telfa ta’ missieru, John Grech, fl-età ta’ 90 sena.
Il-Partit Nazzjonalista jingħaqad mal-Familja Grech f’dan il-mument diffiċli.
//= $special ?>