Telgħu għal ħdax il-persuni li tilfu ħajjithom fl-għargħar qerriedi li laqgħat il-villaġġ ta’ Senigallia f’Ancono, fir-reġjun tal-Marche fl-Italja.
Dan filwaqt li żewġ persuni oħra għadhom irrappurtati nieqsa wara lejl ieħor ta’ tfittxijiet intensivi li s’issa għadhom ma ssarfu f’ebda frott.
Jumejn wara l-24 siegħa ta’ biża’ li ħakem liċ-ċittadini tal-post, it-tfittxijiet għat-tfajjel ta’ 8 snin Mattia kif ukoll l-mara ta’ 56 sena Brunella Chiù għadhom għaddejjin.
It-tfajjel, li jsofri mill-kundizzjoni tal-awtiżmu, intilef minn bejn idejn ommu wara li nqabdu fl-għargħar u dak kollu li t-tajn vjolenti kien qiegħed iġorr miegħu.
Għexieren ta’ gruppi għadhom qed ifittxu lil tal-inqas dawn iż-żewġ persuni issa taħt xemx tiżreċ. It-tfittxija għaddejja wkoll fix-xmajjar Nevola u Misa fejn setgħu ġew mkaxkra lejhom.
L-aħħar vittma huwa raġel ta’ 47 sena li spiċċa mkaxkar u mgħerreq mit-tajn waqt li kien qiegħed isuq. Huwa sfortunatament instab bla ħajja fil-vettura..fix-xmara Misa.
//= $special ?>

