Ambjent Lokali

“Li tkun ambjentalist mhix xi ħaġa tal-mistħija”

“Li tkun ambjentalist mhix xi ħaġa tal-mistħija”

Dan kien il-messaġġ ta’ Extrinction Rebllion Malta, li għal sena oħra qiegħdin jerġgħu jinġabru biex jiċċelebraw il-festival tal-ambjent fil-Barrakka ta’ Fuq.

Waqt dan il-festival ġiet ċelebrata ħajja kompletament favur l-ambjent ta’ madwarna u tqajmet kuxjenza sabiex din it-tip ta’ ħajja ssir normalita u ma tibqax tiġi interpretata bħala xiħaġa impossibli.

Net News tkellem mal-President u l-viċi president tal-għaqda Kris Bajada u Isabelle Mallia, fejn spjegawlna għala ttella l-festival.

Matul dan il-festival ipparteċipaw diversi artisiti lokali li bil-prestazzjoni tagħhom qajmu kuxjenza rigward l-ambjent. Dan filwaqt li spjegaw kif l-ambjentalisti jistgħu jkomplu jilħqu u jikkonvinċu aktar nies sabiex jipparteċipaw fil-ġlieda kontra r-rovina tal-ambjent.

Għal dawk li attendew, l-entratura kienet b’xejn, hekk kif skont l-organiżżaturi, l-għan ta’ dan il-festival ma’ kienx biex jinġabru l-flus imma biex titqajjem kuxjenza rigward l-ambjent u n-neċessita li b’mod immedjat nibdew nagħmlu tibdiliet f’ħajjitna sabiex nieħdu ħsieb l-ambjent ta’ madwarna.

Tags