Fil-partita tal-ġimgħa f’San Siro Napoli kisbu rebħa missielta ta’ 2-1 fuq Milan. Kienu l-istess Napoli li marru fil-vantaġġ fil-55 mintua meta Serginho Dest deher iwaqqa’ lil Khvicha Kvaratskhelia fil-kaxxa, biex mill-ħdax il-metru Matteo Polidano ma żbaljax għal 1-0. Minkejja dan fid-69 minuta Milan kisbu d-draw meta minn cross fil-baxx ta’ Theo Hernandez kien l-attakkant Franċiż Olivier Giroud li tefa’ fix-xibka. Madanakollu Napoli skorjaw il-gowl tar-rebħa fit-78 minuta meta minn cross ta’ Mario Rui kien Giovanni Simeone li bir-ras għeleb lil Mike Maignan għal skor finali ta’ 2-1.
Fis-sorpriża tal-ġurnata Monza kisbu l-ewwel rebħa tagħhom fis-Serie A kontra Juventus bl-iskor ta’ 1-0. Juventus lagħabu t-tieni taqsima b’raġel inqas meta fl-40 minuta tkeċċa l-Arġentin Angel Di Maria, wara li deher jagħti daqqa ta’ minkeb f’sidher Armando Izzo.Il-gowl uniku tal-partita wasal fl-74 mintua meta minn cross mil-lemin ta’ Patrick Ciurria kien Christian Gythkjaer li mattar saqajh u xeħet fix-xibka għal 1-0.
F’partita oħra fi Stadio Olimpico Roma kienu megħluba mil-leaders Atalanta bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl li bih rebħu l-partita wasal fil-35 mintua meta Rasmus Hoejland żmarka lil Giorgio Scalvini li xeħet fix-xibka għal skor finali ta’ 1-0. Fis-57 minuta Roma kienu mċaħħda minn penalty wara konsultazzjoni mal-VAR, bil-kowċ Jose Mourinho jintwera l-kamra l-ħamra wara diversi protesti.
F’telfa oħra sorpriża, Inter kienu megħluba minn Udinese bl-iskor ta’ 3-1. Kienu Inter li feħtu l-iskor fil-5 minuta minn freekick dirett ta’ Nico Barella. Udinese kisbu l-gowl tad-draw fit-22 minuta meta minn freekick mil-lemin ta’ Roberto Pereyra, kien id-difensur Milan Skriniar li xeħet fix-xibka tiegħu stess għal 1-1. Udinese kellhom jistennew sal-85 minuta biex jiksbu l-vantaġġ meta minn corner ta’ Gerard Deulofeu kien Jaka Bijol li daħal tajjeb bir-raas u xeħet wara Samir Handanovic għal 2-1. Udinese assiguraw ruħhom mir-rebħa fil-ħin mogħti żejjed meta minn cross għal darb’oħra ta’ Gerard Deloufeu kien Tolgay Arslan li xeħet fix-xibka għal riżutlat finali ta’ 3-1.
Fi Stadio Giovanni Zini Lazio kisbur rebħa komda ta’ 4-0 fuq in-neo promossi Cremonese. Huma marru fil-vantaġġ fis-7 minuta meta Sergej Milinkovic-Savic għadda lejn Ciro Immobile li mill-viċin ikkonkluda fix-xibka għal 1-0. Lazio ingħataw penalty fit-18-il minuta meta Luka Lochoshvili deher imiss il-ballun b’idu, biex mill-ħdax-il metru inkariga ruħu Ciro Immobile li xeħet fix-xibka għal doppjetta personali. Fil-ħin mogħti żejjed tal-ewwel taqsima Sergej Milinkovic-Savic approfitta minn żball fid-difiża ta’ Cremonese u kkonkluda fix-xibka biex prattikament għalaq il-partita. Ir-raba’ gowl għal Lazio wasal fid-29 minuta meta minn pass ta’ Immobule din id-darba kien Pedro Rodriguez li kkonluda fix-xibka għal 4-0.
Fi Stadio Artemio Franchi Fiorentina għelbu lil Verona bl-iskor ta’ 2-0. Huma fetħu l-iskor fit-13-i lmintua meta Lorenzo Venuti daħħal fl-azzjoni lil Jonathan Ikone li xeħet fix-xibka għal 1-0, bil-gowl ikun ikkonvalidat wara konsultazzjoni mal-VAR. Fis-26 minuta Fiorentina ingħataw penalty iżda mill-ħdax-il metru Cristiano Biraghi ra l-konklużjoni tiegħu salvata mill-goalkeeper Lorenzo Montipo. Fiorentina ssiġillaw ir-rebħa fid-90 minuta meta kien Nicolas Gonzalez li għamel l-iskor 2-0.
SERIE A
Il-Ġimgħa: Salernitana v Lecce 1-2 Is-Sibt: Bologna v Empoli 0-1, Spezia v Sampdoria 2-1, Torino v Sassuolo 0-1
Illum: Udinese v Inter 3-1, Fiorentina v Verona 2-0, Monza v Juventus 1-0, Cremonese v Lazio 0-4, Roma v Atalanta 0-1
Milan v Napoli 1-2