Futbol Sport

GFA l-Ewwel Diviżjoni: Għajnsielem jegħlbu lil Victora H

(Ritratt: Anaca Photography)

Sannat iwettqu reazzjoni wara t-telfa kbira fl-ewwel partita

Fi tiem il-ġimgħa giet fi tmiemha t-tieni ġurnata mill-Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni f’Għawdex fejn is-Sibt Għajnsielem għelbu lil Victoria Hotspurs bl-iskor ta’ 2-1 filwaqt li l-Ħadd Sannat Lions b’gowl kmieni fil-partita għelbu lil Xewkija Tigers 1-0.

Għajnsielem 2-1 Victoria Hotspurs

Għajnsielem kisbu t-tieni rebħa minn daqstant partiti meta għelbu lil Victoria Hotspurs 2-1, bil-gowls jaslu kollha fit-tieni taqsima.

Għajnsielem fetħu l-iskor fil-55 minuta permezz ta’ Patrick Dos Santos Cruz biex kwarta wara kien Claudio Henrique Da Silva Barbosa li għamilhom 2-0. il-Hotspurs daħlu fil-partita fl-ewwel minuta tal-ħin miżjud permezz ta’ Elton Da Silva iżda dan il-gowl wasal tard wisq u l-iskor finali spiċċa dak ta’ 2-1 favur Għajnsielem.

Referee: Glenn Tonna

Xewkija Tigers 0-1 Sannat Lions

Wara t-telfa kbira ta’ 8-0 li sofrew fl-ewwel partita kontra Għajnsielem, Sannat Lions kisbu l-ewwel tliet punti meta fl-unika partita mill-Ewwel Diviżjoni tal-Ħadd għelbu lil Xewkija Tigers 1-0.

Sannat fetħu l-iskor wara biss ħames minuti logħob permezz ta’ Sebastien Martinez Turizo, gowl li kellu jkun dak tar-rebħa hekk kif l-iskor ma nbidielx sat-tisfira finali.

Referee: Slawomir Olcuha