It-Tlieta filgħaxija jilħqu l-qofol tagħhom l-attivitajiet li jfakkru l-kisba tal-Indipendenza ta’ pajjizna li qed jorganizza l-Partit Nazzjonalista.
Bit-tema ‘Il-kwalita tal-ħajja li tixirqilna’, l-attivitajiet tat-Tlieta jibdew għall-ħabta tas-7.30 ta’ filgħaxija madwar il-monument tal-Indipendenza fil-Floriana.
Alexander Borg Olivier, iben l-eks Prim Ministru Gorg Borg Olivier se jkun qed jindirizza din l-attività fejn fost l-oħrajn se jitkellem dwar l-esperjenzi tiegħu tal-Indipendenza flimkien ma’ missieru… esperjenza li zgur ma jintesew qatt.
Apparti dan huwa se jitkellem ukoll dwar is-sinifikat ta’ din il-festa llum il-ġurnata… kwazi sittin sena wara li Malta kisbet l-Indipendenza.
It-Tnejn waranofsinhar Alexander Borg Olivier kellu laqgħa mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kif ukoll mal-Viċi Kap Alex Perici Calascione u mas-Segretarju Ġenerali Michael Piccinino fejn tkellmu dwar l-importanza li dan l-avveniment nazzjonali jibqa’ jiġi mfakkar kul sena.
Waqt l-attività tat-Tlieta, kelliema oħra se tkun żagħżugħa li se titkellem dwar is-sinifikat ta’ dan l-avveniment għall-ġenerazzjonijet tal-lum.
L-attività tagħlaq bid-diskors tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fejn wara ssir ċerimonja qasira tat-tlugħ tal-bandiera ta’ Malta.
Eżattament wara jsir riċeviment madwar il-monument tal-Indipendenza fil-Floriana. L-attivitajiet mbagħad ikomplu l-Erbgħa filgħodu b’ġirja u mixja organizzata minn TimSport PN. U wara, jsiru żewġ attivitajiet tal-isparar fil-Malta National Shooting Range u fil-Bidnija Shooting Range.
//= $special ?>