Lokali

“Il-PN jibqa’ jemmen fil-kwalità ta’ ħajja ta’ kull wieħed u waħda minnha” – Paula Mifsud Bonnici

“Il-Partit Nazzjonalista kellu Prim Ministri li taw il-vera indipendenza lill-poplu Malti; li ġabu d-demokrazija, il-ġustizzja, l-liberta’ tal-esprezzjoni f’pajjiżna, poġġew lil Malta fuq il-mappa tad-dinja, u ġabu prosperita’ fl-ekonomija ta’ pajjiżna.” Hekk qalet id-deputat tal-Partit Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici f’attività illi saret it-Tnejn filgħaxija fil-lokalità tas-Siġġiewi bit-temà ‘Il-kwalità ta’ ħajja li jixirqilna” b’rabta mal-festa tal-Indipendenza.

“58 sena ilu, fl-Arena tal-Indipendenza, Malta saret pajjiz indipendenti u sovran.  Malta saret indipendenti ghaliex kellna persuna bl-isem ta’ Gorg Borg Olivier illi gharaf x’kellu bzonn pajjiżna biex ma jibqax dipendenti fuq il-barrani; u ghaliex kellu fiduċja sħiħa li pajjiżna seta jikber ekonomikament u joħloq il-gid grazzi ghall-idejn ħabrieka tal-ħaddiem Malti. Ghandna ghaliex inkunu kburin li kellna f’pajjiżna Prim Ministri bħal Gorg Borg Olivier, Eddie Fenech Adami u Lawrence Gonzi li kellhom imħabba kbira lejn pajjiżna u li kellhom vizjoni shiha ghal Malta.”

Paula Mifsud Bonnici qalet li bħala Partit Nazzjonalista, ma kellniex Prim Ministri li rrizenjaw ghaliex taħthom ippermettew li tinqatel gurnalista: ma kellnix Prim Ministri li biegħu s-sistema tas-saħħa tagħna lill-barranin; ma kellnix Prim Ministri li abbuzaw bi flus il-poplu u dahlu f’deals mohbija, qarrieqa u korrotti.”

Id-deputat tal-Partit Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici saħqet li l-indipendenza tfisser ukoll li tkun kapaci tfendi għal rasek ghaliex għandek paga  u pensjoni tajba; l-indipendenza tfisser ukoll li jkollok kura ta’ saħħa eċċellenti u servizzi fil-komunita’ li jgħinuk tibqa’ tgħix b’saħħtek. L-indipendenza tfisser li, minkejja l-imrar kollu li l-ħajja tista’ toffrilek, minkejja l-qagħda soċjali tiegħek, minkejja id-diffikultajiet ta’ saħħa mentali li jista’ jkollok, għandek Gvern li jaghtik is-sostenn kollu li għandek bzonn.”

“Sfortunament, ghandna Gvern illi llum minkejja l-kliem u l-weghdi sbieh tieghu, jinsab cass u ma qieghed jaghmel xejn biex jghin lil min verament ghandu bzonn, qalet Paula Mifsud Bonnici.

“Hawnhekk ma nistax ma nirreferix ghac-cifri ppubblikati din il-ġimgħa li juru li s-sena l-oħra li l-anzjani f’riskju tal-faqar u esklużjoni soċjali laħqu ‘l fuq minn 27,500 anzjan jigifieri kwazi 30 fil-mija tal-anzjani kollha huma f’riskju tal-faqar u eskluzjoni socjali. Kellek zieda mis-sena ta’ qabel bl-ikbar żieda tibqa’ fl-anzjani nisa li jilħqu aktar minn 15,700 anzjana. Mhemmx dubju li f’dawn l-ahhar xhur l-qagħda tal-anzjani kompliet tiggrava minħabba ż-żieda qawwija fir-rata tal-inflazzjoni, bil-prezzijiet dejjem jgħollew specjalment tal-ikel u tal-medicini.”

Id-deputat tal-PN tenniet li sfortunatament, f’pajjizna għad għandna aktar minn 33,000 pensjonant li għandu pensjoni ta’ €600 biss kull 4 gimghat.  “Kif jista’ dan il-Gvern jibqa’ jiftaħar li qed izid il-pensjonijiet meta għandna pensjonanti illum li għad għandhom pensjoni ta’ €600 biss?”

“Nafu li l-isfidi qeghdin hemm  – ghaliex ir-rata tal-inflazzjoni u l-gholi tal-hajja ma laqtux lil Malta biss. Izda l-problema ta’ dan il-gvern hija li mal-anzjani taghna dan il-Gvern qed jkompli jixxaħħaħ izda t-tberbiq u l-ħela ta’ flus qiegħed ikoll ikompli ghaddej.”

Apparti dan, id-deputat tal-PN tkellmet dwar anzjani li ghandhom id-dementia  – “ejja nassiguraw darba ghal dejjam illi l-anzjani taghna ma jibqghux jigux abbuzati fl-elezzjonijiet ghaliex kulhadd x’jigri f’San Vincenz fejn anzjani b’dementia akuta, bil-familja topponi, xorta wahda jitnizzlu jivvutaw biex forsi il-Labour jakkwista xi vot extra..  Ahna ser inkunu hemm biex naraw li dawn l-affarijiet jieqfu darba ghal dejjem.”

Fl-aħħarnett, Paula Mifsud Bonnici saħqet li l-Gvern Laburista ma ghandu ebda idea u l-ebda rieda ta’ kif ser jaghti kwalita ta’ hajja lil min ghandu bzonn. Iżda minn naħa tiegħu, il-Partit Nazzjonalista ser ikompli jisħaq, sabiex f’dawn iz-żmienijiet ta’ sfida, kull min hu fil-bżonn, jingħata dak li jixraqlu.

“Il-Partit Nazzjonalista ser ikompli jishaq li l-pensjonijiet iridu jizdiedu f’pajjizna, li l-Gvern jaghmel tajjeb ghall-gholi tal-hajja, li jaghti dar li min hu bla saqaf fuq rasu, li jaghti medicini b’xejn lill-anzjani taghna li jaghti wi-fi b’xejn lil dawk li ma jistghux jaffordjaw li jkollhom wi-fi u allura jinsabu maqtughin mid-dinja. Huwa ghalhekk ukoll li l-Partit Nazzjonalista ser ikun qed jerga’ ghal darb’ohra, qabel il-Bagit ta’ din is-sena, johrog il-Pre-Budget Document tieghu bi proposti ta’ kif il-Gvern ghandu jaghti kwalita’ ta’ hajja li tixraq lil kulhadd.”

“Il-Partit Nazzjonalista 58 sena ilu emmen fl-Indipendenza ta’ pajjizna. 58 sena wara, l-Partit Nazzjonalista jibqa’ jemmen fl-indipendenza u kwalita’ ta’ hajja ta’ kull wahda minnha” – tenniet Paula Mifsud Bonniċi.