Lokali

“Il-PN se jiftaħ kawża biex jieqaf is-serq mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma” – Bernard Grech

“Il-PN se jiftaħ kawża biex jieqaf is-serq mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma” Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista f’attività li saret Hekk qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech f’attività li saret it-Tnejn filgħaxija fil-lokalità tas-Siggiewi, bit-tema ‘il-kwalitá tal-ħajja li tixirqilna’, b’rabta mal-festa tal-Indipendenza.

“Grazzi għad-deċiżjonijiet għaqlin u kuraġġużi ta’ Missirijiet li fetħu opportunitajiet ġodda u tejbu l-kwalità ta’ ħajja ta’ kulhadd. U aħna llum rridu nkomplu fuq dawn id-deċiżjonijiet, irridu nkomplu naħdmu biex ikollna l-kwalitá tal-ħajja li tixirqilna.” Fid-dawl ta’ dan, Bernard Grech saħaq li sabiex ikollna kwalità ta’ ħajja li tixirqilna, l-ewwel nett iridu nlaħħqu mal-ħajja. Bħalissa għaddejijn minn żmien diffiċli hekk kif l-ġħoli tal-ħajja dejjem tiela u l-faqar dejjem jiżdied. Bernard Grech tenna li l-Gvern Laburista minflok ma jindirizza dawn l-problemi, qed juża l-iskużi tal-gwerra biex jgħatti xturu li mhu qed jagħmel xejn f’din il-ġlieda.

Apparti dan, Bernard Grech tkellem ukoll fuq is-sigurtà ta’ pajjiżna. “Ma nistgħux nibqgħu ċassi quddiem iż-żieda fil-kriminalitá. Bernard Grech qal li bħala poplu rridu ninvestu fil-komunitajiet fejn hemm multi-kulturaliżmu, ninvestu f’edukazzjoni, filwaqt li ninvestu fil-lokalitajiet b’aktar għajnuna lill-kunsilli lokali.”

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tkellem ukoll dwar l-ambjent fejn stqarr li ma nistgħux inħallu t-telqa li hawn f’pajjiżna għaddejja. “Dan hu l-ambjent tagħna lkoll u żgur li ma jistħoqilniex ngħixu f’pajjiż fejn it-telqa saret l-ordni tal-ġurnata.”

Bernard Grech tkellem fuq iż-żgħażagħ ta’ pajjiżna, u qal li dawn għandhom jiġu mgħejuna b’investiment fis-settur edukattiv u mhux innaqsu l-baġit tal-universitá u ma nafux x’se jiġri aktar f’istituzzjonijiet oħrajn.

“Iż-żgħażagħ iridu opportunitajiet ta’ xogħol f’setturi ekonomiċi ġodda… u mhux xogħol prekarju li jħallas bil-ftit. Iż-żgħażagħ iridu għajnuna biex jibnu l-futur tagħhom u mhux saret kważi impossibli li tixtri post fejn tgħix.”

Il-Kap tal-PN fid-diskors tiegħu tkellem fuq l-isptarijiet ta’ pajjiżna. Hu saħaq li “Irridu investiment xieraq fl-isptarijiet tagħna, irridu l-isptarijiet li tajna lill-barrani lura f’idejna, irridu li ma jibqax ikollna ammont ta’ mediċini out-of-stock. Irridu li l-Gvern ma jużax anke saħħitna biex jagħmel ‘deals korrotti’”

Dwar is-settur edukattiv, il-Kap tal-PN ħeġġeġ lill-Poplu Malti sabiex jgħin lill-għalliema, filwaqt li tenna li t-tberbiq li wettaq il-Gvern ma jistax jiġi kkumpensat billi tnaqqas l-investiment f’settur tant importanti. “Lil uliedna irridu ntuhom il-futur li jixriqilhom. Meta nilagħbu mal-edukazzjoni inkunu qed nilagħbu mal-futur ta’ dan il-pajjiż.”

Bernard Grech irrefera wkoll għall-Korp tal-Pulizija. “Irridu nagħtu l-għodda xierqa lill-Korp tal-Pulizija. Irridu tmexxija onesta fil-korp. Għan-nuqqasijiet tagħhom ma għandhomx jeħlu l-kuntistabbli jew l-uffiċjali ta’ taħthom. Irridu s-serjetá – Korp tal-Pulizija li jinvestiga kif suppost u mhux iħares lejn l-uċuh, Korp tal-Pulizija li jaġixxi mill-ewwel u mhux jistenna lill-media tagħmel il-pressjoni, Korp tal-Pulizija li verament iserħilna moħħna mis-sigurtá tagħna lkoll.”

Fl-aħħar nett, Bernard Grech tkellem dwar il-kwalità tal-ħajja li tixraq lill-poplu Malti u Għawdxi kollu, bi Gvern li ma jisraqniex fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

“Ilna ħafna ngħidulu lill-Gvern li s-sistema li qed juża qed twassal biex qed ninsterqu fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Dan ġie kkonfermat mill-Awditur Ġenerali s-sena l-oħra. F’Lulju li għadda l-Qorti ddikjarat ukoll li din is-sistema hija illegali u tikser il-liġi Maltija u Direttivi Ewropej. Minkejja dan, il-Gvern għadu jinsisti li mhux se jagħti l-flus lura lil dawk li ġew misruqa.”

Fid-dawl ta’ dan, il-Kap tal-PN qal li Aħna xhur il-Partit Nazzjonalista ħa azzjoni u ra x’rimedju x’jistà jieħu. “Tkellimna ma’ esperti, intom ġejtu d-Dar Ċentrali bil-kontijiet tagħkom. Hemm min avviċinana li s-serq baqa’ għaddej. Se nkomplu naħdmu. L-unika mod li għandek biex inti tieħu flusek lura huwa b’kawża fil-Qorti. Għalhekk inħabbar li l-Partit Nazzjonalista se jkun qed jagħmel din il-kawża f’ismek, biex int tieħu lura dak li hu tiegħek.

Jekk trid tkun parti minn din il-kawża, avviċinana, ejja d-Dar Ċentrali. Ħloqna wkoll sit biex tirreġistra www.kontijiet.com Fil-ġimgħat li ġejjin uffiċjali tal-Partit ser ikunu qed jikkuntattjawk sabiex iġġibilna l-kontijiet tad-dawl u l-ilma tiegħek għas-snin li fihom ġejt affetwat. Dan huwa mod kif bħala Partit Nazzjonalista, bħala Oppożizzjoni se nkunu qed ngħinu biex inti tieħu lura l-kwalitá tal-ħajja li tixraqlek. Int jixraqlek ahjar. Il-Partit Nazzjonalista kif dejjem ghamel se jkun hemm u ser jijbqa hemm għalik.”