Waqt attività illi saret fil-lokalità tas-Siggiewi, bit-temà ‘Il-kwalità ta’ ħajja li jixirqilna”, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino saħaq li bħalissa waqt li qed niċċelebraw l-akbar festa tan-nazzjon, qed niċċelebraw twelid ta’ pajjiż. Illum qed niċċelebraw mixja ta’ pajjiz li sa mill-bidu nett kien hemm il-Partit Nazzjonalista – Partit li kellu viżjoni li ssarfet f’dak kollu li ksibna bħala nazzjon.
“Huwa importanti li f’dawn il-ġranet niefqu u nirriflettu fuq is-sinifikat tal-istorja tal-Inidpendenza. Irridu nfakkru li ma kinitx triq facli, mhux kulhadd emmen fil-kapacita ta pajjizna. Imma grazzi ghal Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Gorg Borg Olivier, wellidna indipendenza ta’ Nazzjon – indipendenza li iridu nibqgħu inġedduha ħalli nibqgħu indipendenti – indipendenza li kull wiehed u wahda minnha ngħixu kif jixirqilna.
Is-Segretarju tal-PN tenna li għal festa tal-Indipendenza il-PN għazel it-tema ta’ Kwalità tal-Ħajja, izda għall-PN il-kwalità tal-hajja hija li jkollna sigur l-ambjent, is-sigurta, l-edukazzjoni u dak kollu li jaffetwa l-mod kif nghixu ta’ kuljum.
“L-indipendenza ta’ kull wiehed u wahda minnha qed taffacja sfida – statistka turi li l-kwalita tal hajja f’Malta sejra għal-għar. Filfatt, 70% taż-żgħażagħ iridu jitilqu minn Malta. Din l-istatistika turi wkoll il-qerda tal-ambjent li rajna b’mod kontinwu fl-aħħar 10 snin. Kwistjoni oħra li qed tkun ta’ sfida hija l-isfida sabiex ħafna in-nies isiru sidien ta’ darhom, bl-għajnuna tal-Gvern qed tkun limitat u superfiċjali.”
Michael Piccinino qal li minkejja li hawn min jipprova jaghmel minn kollox biex jagħti stampa differenti, ħafna nies qegħdin ibatu biex ilaħħqu mal-ħajja. Statiska wara l-oħra tal-Gvern tikkonferma dawn il-fatti xokkanti; 1 minn kull 4 minn nies jgħix f’riskju ta’ faqar, 40,000 ruħ għandhom problema biex jsaħħnu djarhom fix-xitwa u saħansitra wiehed minn kull 20 persuna qed jgħix mingħajr bżonnijiet bażiċi, u dan taħt Gvern li xi darba kien jifftaħar li hu Partit tal-ħaddiem. Filwaqt li l-Ministru tal-finanzi jgħid li iridu nisikkaw ic-cuntorin, flus għalihom u għal tal-qalba hemm kemm trid li jinħlew f’konsulenzi u positions of trusts.”
Is-Segretarju tal-PN saħaq li quddiem din ir-realta, il-PN għandu responsabbiltà enormi fuq spallejh. “Ħa nibqgħu viġilanti u niġġieldu għal dak li ksibna tul l-aħħar snin. Se noħolqu setturi ekonomiċi ġodda u xogħolijiet ġodda li se joħolqu kwalità ta’ ħajja ahjar. “
“L-appell tagħna hu li ninaqgħdu bħala poplu għaliex għal Partit Nazzjonalista, Il-kwalità tal-poplu Malti hija l-qofol ta’ kollox. Il- PN se jkun qed iservi bħala tarka għal poplu Malti u Għawdxi kollu, għaliex il-familji, il-ħaddiema, iz-zgħazagh u l-anzjani jixirqilhom kwalità ta’ ħajja ahjar.”
//= $special ?>