Mijiet ta’ nies diġà bdew joħonqu t-toroq ta’ Londra, speċjalment fiz-zona ta’ Westminister biex ikunu jistgħu jassistu għall-funeral statali tar-Reġina Eliżebetta II li għandu jibda f’nofsinhar, ħin lokali.
Fl-aħħar 24 siegħa komplew jaslu aktar mexxejja u membri distinti, fejn anki ta l-aħħar tislima lir-Reġina, il-President ta’ Malta George Vella u kif ukoll il-President tal-Istati Uniti Joe Biden.
L-avvenimenti tal-lum se jkunu l-attrazzjoni prinċipali anki għal għexieren ta’ miljuni minn madwar id-dinja li se jkunu qed jassistu għax-xandiriet u l-live feeds ta’ din l-aħħar fażi taċ-ċerimonji funebri f’Westminster.
Dan waqt li l-Gvern Britanniku kkonferma li l-funeral tar-Reġina, li mietet f’Balmoral, fl-Iskozja, fl-età ta’ 96 sena, se jixxandar madwar ir-Renju Unit – permezz tas-swali taċ-ċinema u fuq il-big screens fil-pjazzez tal-ibliet u l-parks pubbliċi.
Il-funeral tar-Reġina se jkun qed jixxandar LIVE fuq Net TV waqt programm specjali li se jibda fil-11am. Il-programm specjali se jkun qed jixxandar ukoll b’mod simultanju fuq Net FM.
//= $special ?>