Internazzjonali

Ir-Renju Unit: Mijiet ta’ mexxejja u distinti preżenti f’Westminster Abbey

Madwar 500 mexxejja, irjali u nies distinti mir-Renju Unit u madwar id-dinja qed jassistu għall-funeral tar-Reġina Eliżabetta f’Westminster Abbey.

Dan meta ħafna membri tal-Familji Rjali barranin kellhom post riservat għalihom fil-knisja, u fuq in-naħa opposta tal-Familja Rjali Britannika.

Fost dawn hemm ir-Reġina Margrethe II tad-Danimarka li din is-sena qed timmarka l-ġublew tad-deheb tagħha bħala Reġina ( jiġifieri 50 sena fuq it-tron).

Fost l-irjali preżenti oħrajn hemm ir-Re u r-Reġina ta’ Bhutan; l-Imperatur u l-Imperatriċi tal-Ġappun; ir-Re Philippe u r-Reġina Mathilde tal-Belġju; ir-Re Willem-Alexander u r-Reġina Maxima tal-Olanda u r-Re Felipe u r-Reġina Letizia ta’ Spanja.